Fid-dawl tal-eskalazzjoni tal-Coronavirus COVID- 19 madwar l-Ewropa, huwa ta’ diżappunt iżda wkoll b’sens ta’ spirtu pubbliku li qegħdin inħabbru li l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020, skedat li jsir fl-Università ta’ Malta mill-25 sas-27 ta’ Marzu, qed jiġi pospost sakemm joħroġ avviż ieħor.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jirringrazzja lill-kollaboraturi, il-kelliema mistiedna u l-esebituri kollha tal-appoġġ tagħhom fit-tħejjijiet tal-Festival. Se nkunu qed nipprovdu aktar dettalji fil-ġimgħat li ġejjin.

 

 


Share Article