Skip to content

Stessi

Image of Stessi

Ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2018

X’tagħmel li kieku bħala rigal taqla’ kamera tar-ritratti vjola? Mhux tipprova tixgħelha, hux! Orrajt, tajjeb. Imma, tipprova kemm tipprova, l-iskrin jibqa’ ċappa waħda sewda. Wara li tixħitha qalb l-imbarazz biex tipprova tinsieha, titfaċċalek waħedha fil-basket tal-iskola. U wara ftit ġranet issib tliet stessi mixħutin fl-art ta’ kamartek li taħlef li ma tkunx ħadthom inti. Imma stessi isimhom magħhom — bilfors li inti tkun ħadthom. Imbagħad il-kamera tibda—

Żomm … s’hawnhekk biss qed iħalluni ngħid.

Dwar l-awtur / About the author

Matthew Schembri huwa artist u kittieb ibbażat f’Malta. Kiseb Maġisteru fl-Arti Diġitali (MFA) fl-2017 u d-Diploma fil-Letteratura Maltija fl-2020. Meta wieħed iħares lejn il-portafoll letterarju u artistiku tiegħu, jinnota li mill-2015 sa issa Schembri ma qatax mill-ħidma tiegħu, u ta’ dan kien ippremjat bosta drabi. Fil-fatt l-ewwel premju li rebaħ mill-KNK kien il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ fl-2016, meta ppreżenta l-manuskritt tiegħu Stessi, li mbagħad kien ippubblikat minn Merlin Publishers.

Schembri ppubblika żewġ kotba, Stessi – rumanz fantaxjentifiku mmirat għal żgħażagħ ta’ bejn il-11 u t-13-il sena, u li jmiss temi bħall-mard, ir-relazzjonijiet, u n-narċissiżmu, u Ħassartek – ġabra ta’ poeżiji li ssawret mit-tħassir ta’ kliem minn paġni tar-rumanz Stessi.

Matthew Schembri is an artist and writer based in Malta. He obtained a Master’s in Digital Arts (MFA) in 2017 and a Diploma in Maltese Literature in 2020. When one looks at his literary and artistic portfolio, he notes that from 2015 until now Schembri has not given up on his work, and for this he has been awarded several times. In fact the first prize he won from the NBC was the Novels for Youth Literary Contest in 2016, when he presented his manuscript Stessi, which was then published by Merlin Publishers.

Schembri has published two books, Stessi – a science fiction novel aimed at young people between 11 and 13 years old, and which touches on themes such as illness, relationships, and narcissism, and Ħassartek – a collection of poems formed by erasing words from the pages of the Stessi novel.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.