Home / Back to Winners X’aħna smart 11th February, 2025 Ippubblikat minn Horizons fl-2015 Sa dakinhar li tfaċċa Robert, Sarah ma kellha kważi ’l ħadd. Mhux ta’ b’xejn li kienet tifnini bix-xogħol u qatt ma titlaqni minn idejha. Iżda issa kien ġie Robert. Issa kien hemm hu maġenbha, isaħħarha għal warajh u jpinġilha xi pittura minn tiegħu. Bih f’ħajjitha, stajt nieħu ftit tan-nifs u noqgħod bi kwieti. Iżda għarrali bl-ikrah! Minflok serħan, dan Robert ma ġabli xejn ħlief aktar xogħol, stress u inkwiet. U meta sparixxa bla mistenni, sibt ruħi mdaħħal ma’ Sarah f’każ li jinvolvi l-passat ta’ ommha, xi fotografi qarrieqa, u Sqalli li ħalef li jaqsamni f’elf biċċa. Kien wasal il-waqt li nuri li jien tabilħaqq smart. Dwar l-awtur / About the author Fl-2015 ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu X’Aħna Smart (Horizons), li bih rebaħ il-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Aġenzija Żgħażagħ. Sentejn wara rebaħ il-Premju Terramaxka bir-rumanz Jarmuk (Horizons). Lughermo huwa wkoll awtur ta’ kotba għat-tfal bħal Ix-Xewqa ta’ Luke (Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Foster Care,2018) u Bis-Sens (Horizons, 2022) miktubin flimkien ma’ Diane Farrugia, u Toni tat-Tritoni (Horizons/Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, 2019). Fl-2021 ippubblika wkoll l-ewwel ġabra ta’ novelli tiegħu bl-isem ta’ Ċelel bla Ħitan (Horizons, 2021) li jista’ jitqies bħala l-ewwel xogħol tiegħu għal udjenza adulta. F’Diċembru tal-istess sena Lughermo rebaħ il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti mogħti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Is-sena ta’ wara, ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu għall-adulti bl-isem ta’ altMa (Horizons,2023). In 2015 he published his first novel X’Aħna Smart (Horizons), with which he won the Novels for Youth Literary Contest organized by the National Book Council and the Aġenzija Żgħażagħ. Two years later he won the Terramaxka Prize with the novel Jarmuk (Horizons). Lughermo is also the author of children’s books such as Ix-Xewqa ta Luke (National Foster Care Association, 2018) and Bis-Sens (Horizons, 2022) written together with Diane Farrugia, and Toni tat-Tritoni (Horizons/National Literacy Agency, 2019). In 2021 he also published his first collection of novels called Ċelel bla Ħitan (Horizons, 2021) which can be considered his first work for an adult audience. In December of the same year Lughermo won the Award for Best Emerging Author given by the National Book Council. The following year, he published his first novel for adults called altMa (Horizons, 2023). SHARE POST