Home / Back to Winners Gramma 11th February, 2025 Ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2015 “Iċ-ċikkulata, dnub. Anke l-luminata, dnub. Għax id-droga mhux it-trab abjad biss. Ħafna ħin fuq l-internet, dnub. Jekk ma tfittixnix, dnub. Ħafna ħin barra mid-dar, dnub. L-ikel, dnub. L-ikel dnub. Kollox jista’ jkun dnub.” Analiża għandha erbatax-il sena, u minn tal-inqas erbatas-il kilogramma żejda. Missierha kollu arja u ommha l-iċken kas. Imnalla jidħlu f’ħajjitha Daniel u Pappa. U Markita u n-nanna, ovvjament. Dawk dejjem hemm. Bħalma hu dejjem hemm ix-xaħam. L-ikel favorit t’Analiża l-arja (mhux minn ta’ missierha). Tikolha mal-qiegħ taż-żarbun meta tmur timxi, iktar minn darba kuljum. Li tista’ Analiża, lanqas tixrob, għax l-ilma kapaċi jneffaħ. Jekk tibki, tgħid, tonqos gramma? Dwar l-awtriċi / About the author Leanne Ellul hija poeta u rumanziera Maltija li rċeviet diversi rikonoxximenti għax-xogħol tagħha . Ir-rumanz tad-debutt tagħha, Gramma (2014), joffri esplorazzjoni tal-isfidi tal-adolexxenti u rebaħ il-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ fl-2014. Leanne reġgħet rebħet l-istess konkors fl-2023 bil-manuskritt ‘Be;n il-Kmiem’. Fl-2016, Ellul ippubblikat l-ewwel ġabra ta’ poeżija tagħha, L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla, u li bih kompliet tistabbilixxi l-vuċi tagħha fil-letteratura Maltija. Bħala drammaturgu, ġiet rikonoxxuta mal-Premju Francis Ebejer, u t-tpoġġija tad-dramm tagħha Ma Rridx Immur li ittella fit-Teatru Manoel. Ellul kitbet u ttraduċiet ukoll bosta xogħlijiet ta’ finzjoni u materjal edukattiv għall-qarrejja iżgħar. Il-kitbiet tagħha dehru f’diversi pjattaformi, ġurnali u antoloġiji online. Leanne Ellul is a Maltese poet and novelist who has received several recognitions for her work. Her debut novel, Gramma (2014), offers an exploration of adolescent challenges and won the 2014 Novels for Youth Literary Contest. Leanne won the same contest again in 2023 with the manuscript ‘Be;n il-Kmiem’. In 2016, Ellul published her first poetry collection, L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla, and with which she continued to establish her voice in Maltese literature. As a playwright, she was recognized with the Francis Ebejer Prize, and the staging of her play I Don’t Want to Go was staged at the Manoel Theatre. Ellul has also written and translated many works of fiction and educational material for younger readers. Her writings have appeared in various online platforms, journals and anthologies. SHARE POST