Skip to content

Hawala

Bejn sema u ilma
il-lotta tiegħek,
itterter fuq dingi
innumerat.
Jikxef
ir-ramel fin
bejn subgħajk,
il-bajja
li minnha ħrabt.
Flok mewta martri
ġismek ikkruċifissajt
bil-prezz imħallas
lejn l-art imwiegħda,
lanqas bit-teleskopju
ma’ taraha
fl-orizzont jitgerbeb.
Kull tisbita immewġa
li trigħedlek l-istonku
tama tlum
fl-iżbark qarriebi
fi tmiem
dal -vjaġġ iddolorat.
Għalissa,
in-nixfa immellħa
fuq xufftejk
ittiegħem
is-salvazzjoni
tal-ġenna tistenniek.
Xejn u ħadd
din ma joħodlok,
storja kbira
ta’ ftit kliem.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.