Home / National Book Prize / Milarepa Prose Fiction in Translation Milarepa Milarepa (1997) ta’ Éric-Emmanuel Schmitt, maqlub għall-Malti. L-ewwel volum fiċ-Ċiklu tal-Inviżibbli ta’ Éric-Emmanuel Schmitt. Mil-lat ta’ kontenut dal-ktieb jittratta r-reliġjon Buddista. Fuq il-livell tal-aspett temporali, fih taħlita ta’ żewġ realtajiet: In-narratur tal-istorja kollha kemm hi, Simon, jgħix f’Pariġi tal-lum filwaqt li f’ħajja preċedenti fil-passat imbiegħed kien jgħix it-Tibet ġewwa l-Asja bħala Svastika. Dan Svastika kien jiġi z-ziju ta’ Milarepa, il-personaġġ prinċipali u eponimu tal-ktieb. Huwa permezz ta’ ħolma rikorrenti li Simon isir jaf l-istorja ta’ Milarepa u Svastika; jara l-pajsaġġ għarib, misterjuż, mhux magħruf, imma għadu mhux jifhem kollox. Il-ħolma titfaċċa kull lejl u tħalli fuq Simon impressjonijiet dejjem aktar b’saħħithom li jinfluwenzaw imġibtu. Darba jmur f’bar u jsir midħla ta’ waħda mara “kewtiela” li tfiehmu kollox hi… (Minn studju qasir tat-traduttur fl-aħħar tal-istorja.) Buy the book Faraxa Publishing Prose Fiction in Translation 2026 Toni Aquilina (trad.) Professor Anthony (Toni) Aquilina (b. 1954) (Chevalier, Officier u Commandeur dans l’Ordre des Palmes Académiques) is a prolific translator, with over 50 publications under his belt. He has won the National Book Prize for translations five times as well as the international Premio Ostana - Scritture in Lingue Madre - Categoria Traduzione. He has been a Full Professor at the University of Malta lecturing and tutoring for the Department of Translation, Terminology and Interpreting Studies, within the Faculty of Arts. He is also a skilled editor and proofreader. Moreover, he is currently the overseer of the Faraxa Translation Series with Faraxa Publishing, and has contributed a good number of titles for the series himself NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us