Home / National Book Prize / Milarepa Proża Fittizja Tradotta Milarepa Milarepa (1997) ta’ Éric-Emmanuel Schmitt, maqlub għall-Malti. L-ewwel volum fiċ-Ċiklu tal-Inviżibbli ta’ Éric-Emmanuel Schmitt. Mil-lat ta’ kontenut dal-ktieb jittratta r-reliġjon Buddista. Fuq il-livell tal-aspett temporali, fih taħlita ta’ żewġ realtajiet: In-narratur tal-istorja kollha kemm hi, Simon, jgħix f’Pariġi tal-lum filwaqt li f’ħajja preċedenti fil-passat imbiegħed kien jgħix it-Tibet ġewwa l-Asja bħala Svastika. Dan Svastika kien jiġi z-ziju ta’ Milarepa, il-personaġġ prinċipali u eponimu tal-ktieb. Huwa permezz ta’ ħolma rikorrenti li Simon isir jaf l-istorja ta’ Milarepa u Svastika; jara l-pajsaġġ għarib, misterjuż, mhux magħruf, imma għadu mhux jifhem kollox. Il-ħolma titfaċċa kull lejl u tħalli fuq Simon impressjonijiet dejjem aktar b’saħħithom li jinfluwenzaw imġibtu. Darba jmur f’bar u jsir midħla ta’ waħda mara “kewtiela” li tfiehmu kollox hi… (Minn studju qasir tat-traduttur fl-aħħar tal-istorja.) Ixtri l-ktieb Faraxa Publishing Proża Fittizja Tradotta 2026 Toni Aquilina (trad.) Il-Professur Toni (Anthony) Aquilina (t. 1954) (Chevalier, Officier u Commandeur dans l’Ordre des Palmes Académiques) hu l-awtur ta’ aktar minn ħamsin ktieb fil-biċċa l-kbira tagħhom traduzzjonijiet, u l-koawtur tas-sottotitoli bil-Malti ta’ ’l fuq minn għaxar filmijiet ċinematografiċi barranin. Huwa rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tat- traduzzjonijiet ħames darbiet, kif ukoll il-premju internazzjonali Premio Ostana - Scritture in Lingue Madre - Categoria Traduzione. Xogħlu kien dak ta’ Professur mad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, tat-Terminoloġija u tal-Interpretar, Fakulta tal-Arti, Università ta’ Malta. Huwa wkoll l-editur tal-Kullana tat-Traduzzjonijiet tad-Dar tal-Pubblikazzjoni Faraxa. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us