Home / Back to Winners Inżul ix-Xemx 11th February, 2025 Ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2011 Meta Josef iltaqa’ ma’ Thomas ma kienx jaf kif se jġib ruħu. Il-ġilda mkemmxa, ix-xagħar ħafif ħasduh xi ftit. Thomas kien protett wisq minħabba l-marda rari li kellu u li kienet qed tifnieh kull jum li jgħaddi. Josef ħassha nġusta li lil Thomas ma kinux iħalluh joħroġ “għall-ġid tiegħu”. Dik skuża, egoiżmu tal-kbar biex iserrħu moħħhom. Xtaq jgħin lil Thomas. Il-ħbieb l-oħra ta’ Josef bdew jarawh iġib ruħu stramb. Riedu jsiru jafu b’xi mod x’kien qed jiġrilu, sakemm darba waħda Josef kien qalilhom bil-pjan li ħejja għal Thomas. Dwar l-awtriċi / About the author Rita Saliba tikteb għat-tfal, għall-adolexxenti u għall-kbar. Rebħet il-Konkors Nazzjonali ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ u l-adolexxenti tliet darbiet bir-rumanzi tagħha Inżul ix-Xemx (2011), Bella Berger (2013) u Il-Kulur tal-Lellux fil-konkors imniedi fl-2015. Fl-2014 ittraduċiet mit-Taljan żewġ rumanzi għall-adolexxenti Il-Misteru tad-Dniefel tal-Ġebel u Il-Misteru tal-Labirint. L-ewwel rumanz tagħha għall-adulti huwa O.B.E. (2019). Minn Wara l-Ħġieġ (2022) hija ġabra ta’ poeżiji tal-awtriċi. Ħarġet tliet ġabriet ta’ mikrostejjer – Fuq Widnejn Torox u Stejjer Żbukkati oħra (2018), MittKelma (2020) u Tbajja’ tax-Xemx u Stejjer Oħra għad-Dell (2022), Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Fost il-pubblikazzjonijiet ta’ Saliba nsibu tliet addattamenti ta’ rumanzi klassiċi għat-tfal tal-ewwel snin tas-sekondarja. Rita Saliba writes for children, teenagers and adults. She won the Novels for Youth Literary Contest three times with her novels Inżul ix-Xemx (2011), Bella Berger (2013) and Il-Kulur tal-Lellux in the contest launched in 2015. In 2014 she translated from Italian two novels for teenagers Il-Misteru tad-Dniefel tal-Ġebel and Il-Misteru tal-Labirint. Her first novel for adults is O.B.E. (2019). Minn Wara l-Ħġieġ (2022) is a collection of poems by the author. She has released three collections of microstories – Fuq Widnejn Torox u Stejjer Żbukkati oħra (2018), MittKelma (2020) u Tbajja’ tax-Xemx u Stejjer Oħra għad-Dell (2022), Winner of the National Book Prize. Among Saliba’s publications we find three adaptations of classic novels for children in the first years of secondary school. SHARE POST