Skip to content

Inżul ix-Xemx

Image of Inżul ix-Xemx

Ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2011

Meta Josef iltaqa’ ma’ Thomas ma kienx jaf kif se jġib ruħu. Il-ġilda mkemmxa, ix-xagħar ħafif ħasduh xi ftit. Thomas kien protett wisq minħabba l-marda rari li kellu u li kienet qed tifnieh kull jum li jgħaddi.

Josef ħassha nġusta li lil Thomas ma kinux iħalluh joħroġ “għall-ġid tiegħu”. Dik skuża, egoiżmu tal-kbar biex iserrħu moħħhom. Xtaq jgħin lil Thomas. Il-ħbieb l-oħra ta’ Josef bdew jarawh iġib ruħu stramb. Riedu jsiru jafu b’xi mod x’kien qed jiġrilu, sakemm darba waħda Josef kien qalilhom bil-pjan li ħejja għal Thomas.

Dwar l-awtriċi / About the author

Rita Saliba tikteb għat-tfal, għall-adolexxenti u għall-kbar. Rebħet il-Konkors Nazzjonali ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ u l-adolexxenti tliet darbiet bir-rumanzi tagħha Inżul ix-Xemx (2011), Bella Berger (2013) u Il-Kulur tal-Lellux fil-konkors imniedi fl-2015. Fl-2014 ittraduċiet mit-Taljan żewġ rumanzi għall-adolexxenti Il-Misteru tad-Dniefel tal-Ġebel u Il-Misteru tal-Labirint. L-ewwel rumanz tagħha għall-adulti huwa O.B.E. (2019). Minn Wara l-Ħġieġ (2022) hija ġabra ta’ poeżiji tal-awtriċi. Ħarġet tliet ġabriet ta’ mikrostejjer – Fuq Widnejn Torox u Stejjer Żbukkati oħra (2018), MittKelma (2020) u Tbajja’ tax-Xemx u Stejjer Oħra għad-Dell (2022), Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Fost il-pubblikazzjonijiet ta’ Saliba nsibu tliet addattamenti ta’ rumanzi klassiċi għat-tfal tal-ewwel snin tas-sekondarja.

Rita Saliba writes for children, teenagers and adults. She won the Novels for Youth Literary Contest three times with her novels Inżul ix-Xemx (2011), Bella Berger (2013) and Il-Kulur tal-Lellux in the contest launched in 2015. In 2014 she translated from Italian two novels for teenagers Il-Misteru tad-Dniefel tal-Ġebel and Il-Misteru tal-Labirint. Her first novel for adults is O.B.E. (2019). Minn Wara l-Ħġieġ (2022) is a collection of poems by the author. She has released three collections of microstories – Fuq Widnejn Torox u Stejjer Żbukkati oħra (2018), MittKelma (2020) u Tbajja’ tax-Xemx u Stejjer Oħra għad-Dell (2022), Winner of the National Book Prize. Among Saliba’s publications we find three adaptations of classic novels for children in the first years of secondary school.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.