Skip to content
Lupu Lupettu jħobb id-dinosawri

Picture books in Translation (ages 0-7)

Lupu Lupettu jħobb id-dinosawri

Ktieb mis-sensiela Le Loup ta’ Orianne Lallemand u Éléonore Thuillier (ill.), maqlub għall-Malti.

Stejjer li jistgħu jinqraw lit-tfal kif ukoll mit-tfal. Stejjer ta’ ħafna emozzjonijiet u immaġinazzjoni — perfetti biex it-tfal jikbru jħobbu l-qari u l-ħolm …

Lupu Lupettu jħobb id-dinosawri. Anzi, jadurahom! Dan mhux sigriet. Jum fost l-oħrajn isib bajda li minnha joħroġ dinosawru. Imma x’jista’ jagħmel b’dan il-ferħ mhux tas-soltu? Jieħdu lura fl-art tad-dinosawri? Mhux ovvja!

Buy the book
Merlin Publishers
Picture books in Translation (ages 0-7)
2026

Clare Azzopardi (trad.)

Clare Azzopardi tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed timxi jew tittanta lil Żdruċċlu. Għallmet il-Letteratura Maltija għal 24 sena u għal dawn l-aħħar tmien snin kienet ukoll il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u numru ta’ kitbiet tagħha fosthomKulħadd ħalla isem warajh u Castillo ġew maqluba f’lingwi oħra bħall-Ingliż, it-Taljan, l-Għarbi, is-Sloven, l-Ungeriż u l-Kroat. Clare Azzopardi ħadmet f’ħafna għaqdiet volontarji fosthom Inizjamed, L-Akkademja tal-Malti, PEN Malta, MEIA u Fondazzjoni HELA.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.