Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iwassal ir-rigal tiegħu għal dan il-Milied, u dis-sena ġie deċiż li jkun waħda mill-isbaħ opri letterarji Maltin, u l-isbaħ xogħol tal-poeta nazzjonali, ‘Il-Jien u Lilhinn Minnu’ ta’ Dun Karm.

Dun Karm kiteb dan il-kapolavur bejn l-1936 u l-1938, u skont Oliver Friggieri fl-introduzzjoni kritika għall-edizzjoni tal-1988; “B’ Il-Jien u Lilhinn Minnu l-letteratura Maltija kisbet l-aqwa aspett tax-xeħta adulta tagħha, u ma baqgħetx korretta d-definizzjoni fqira tagħha f’termini folkloristiċi, soċjali u nazzjonali biss, termini elementari li l-poeta għandu s-saħħa li jħaddanhom fl-istess waqt li jinfetaħ biex jiftiehem fit-termini tal-akbar rilevanza, jiġifieri umana […] Dun Karm għola ‘l fuq mill-art ta’ kulma hu kontinġenti, u ħareġ ħafna ‘l barra mill-qafas ta’ l-ispunti individwali u intimi”.

Tista’ taqra l-poeżija minn hawn taħt, jew tniżżilha minn hawn.


Share Article