Home / News / Taħt il-Qoxra: John A. Bonello Back to News Taħt il-Qoxra: John A. Bonello Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 30th September, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ John A. Bonello dwar il-ktieb tiegħu ‘It-Taár’, li hu wkoll finalist għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tar-rumanzi bil-Malti u l-Ingliż. ‘It-Taár’ jieħu lill-qarrej 70 sena wara attakk nukleari li qered lid-dinja. Il-ftit li baqgħu ħajja jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena, iżda grupp ieħor ta’ nies jinsab protett f’torri li kien mibni apposta biex jilqa’ għal xi diżastru naturali. Bonello jgħid li r-rakkont mimli kuntrasti, ngħidu aħna bejn it-tifkiriet ta’ min jgħix barra t-torri u dawk li jgħixu fih. L-awtur jirrimarka li d-dettall tal-arkitettura li tfassal l-ispazji fir-rumanz għenu biex jaċċentwa l-kunflitt kbir bejn il-karattri u l-post li jgħixu fih. Għalhekk ir-rumanz jirrappreżenta utopja (it-torri) ġewwa distopja (barra t-torri) fi żmien ta’ kriżi dinjija. Skont Bonello l-kriżi, li hi riżultat tal-kilba tal-bniedem, twassal biex toħroġ minnu mhux l-agħar tiegħu, imma l-aħjar. Fit-tieni parti l-awtur jikkummenta dwar x’tinvolvi pubblikazzjoni li ma ssirx għand pubblikatur (self-publishing). Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles National Book Council Publishes its Annual Report for 2025 News 17th April, 2026 Read More Commonwealth Short Story Prize welcomes the first ever Maltese author onto its regional shortlist News 15th April, 2026 Read More Exhibitors and Event Organisers – Apply Now To Participate At The 2026 Malta Book Festival! News 14th April, 2026 Read More Apply Now for a Free Online Course for Aspiring Book Editors News 13th April, 2026 Read More The 45 PLR Payment Is Out Public Lending Rights 9th April, 2026 Read More Call for Theatrical Adaptations of Maltese Books at the Malta Book Festival News 8th April, 2026 Read More The National Book Council Welcomes a New Manager News 7th April, 2026 Read More Subsidy Scheme for Printed Books is Now Launched News 1st April, 2026 Read More The National Book Prize 2026 List of Eligible Submissions is Now Out News 30th March, 2026 Read More Full Programme for the Annual Book Conference: Varied Group of Speakers Explore the Economic Realities of the Publishing Industry News 20th March, 2026 Read More view all similar news
Commonwealth Short Story Prize welcomes the first ever Maltese author onto its regional shortlist News 15th April, 2026 Read More
Exhibitors and Event Organisers – Apply Now To Participate At The 2026 Malta Book Festival! News 14th April, 2026 Read More
Call for Theatrical Adaptations of Maltese Books at the Malta Book Festival News 8th April, 2026 Read More
Full Programme for the Annual Book Conference: Varied Group of Speakers Explore the Economic Realities of the Publishing Industry News 20th March, 2026 Read More