Home / News / Taħt il-Qoxra: John A. Bonello back to news Taħt il-Qoxra: John A. Bonello Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 30th September, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ John A. Bonello dwar il-ktieb tiegħu ‘It-Taár’, li hu wkoll finalist għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tar-rumanzi bil-Malti u l-Ingliż. ‘It-Taár’ jieħu lill-qarrej 70 sena wara attakk nukleari li qered lid-dinja. Il-ftit li baqgħu ħajja jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena, iżda grupp ieħor ta’ nies jinsab protett f’torri li kien mibni apposta biex jilqa’ għal xi diżastru naturali. Bonello jgħid li r-rakkont mimli kuntrasti, ngħidu aħna bejn it-tifkiriet ta’ min jgħix barra t-torri u dawk li jgħixu fih. L-awtur jirrimarka li d-dettall tal-arkitettura li tfassal l-ispazji fir-rumanz għenu biex jaċċentwa l-kunflitt kbir bejn il-karattri u l-post li jgħixu fih. Għalhekk ir-rumanz jirrappreżenta utopja (it-torri) ġewwa distopja (barra t-torri) fi żmien ta’ kriżi dinjija. Skont Bonello l-kriżi, li hi riżultat tal-kilba tal-bniedem, twassal biex toħroġ minnu mhux l-agħar tiegħu, imma l-aħjar. Fit-tieni parti l-awtur jikkummenta dwar x’tinvolvi pubblikazzjoni li ma ssirx għand pubblikatur (self-publishing). Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Malta Book Fund Goes Fully Online with an Increased Budget for 2025 Malta Book Fund 17th March, 2025 Read More The National Book Council has rebranded! News 5th March, 2025 Read More Call for Delegates: Malta Named Focus Country for the 2025 Mediterranea Publishing Fellowship Initiatives 28th February, 2025 Read More The National Book Council at the 2025 London Book Fair News 25th February, 2025 Read More NBC and Wikimedia Malta announce Wikimedians in Residence for National Book Prize Project News 20th February, 2025 Read More National Book Prize 2025 – Applications Are Open National Book Prize 17th February, 2025 Read More NBC empowers local stakeholders at the London Book Fair 2025 Literary Exports 11th February, 2025 Read More The NBC’s Annual Report For 2024 News 4th February, 2025 Read More Festivals, Funds And Initiatives In 2025: Key Dates Festivals 29th January, 2025 Read More Join the NBC at the London Book Fair 2025: Guest Passes for NBC stakeholders from Malta Literary Exports 13th January, 2025 Read More view all similar news
Malta Book Fund Goes Fully Online with an Increased Budget for 2025 Malta Book Fund 17th March, 2025 Read More
Call for Delegates: Malta Named Focus Country for the 2025 Mediterranea Publishing Fellowship Initiatives 28th February, 2025 Read More
NBC and Wikimedia Malta announce Wikimedians in Residence for National Book Prize Project News 20th February, 2025 Read More
NBC empowers local stakeholders at the London Book Fair 2025 Literary Exports 11th February, 2025 Read More
Join the NBC at the London Book Fair 2025: Guest Passes for NBC stakeholders from Malta Literary Exports 13th January, 2025 Read More