F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Lorraine Galea.

Mal-mistiedna tkellimna dwar it-temi soċjali li jixirfu u jispirawha, l-element awtobijografiku fit-tfassil tar-rumanzi tal-kittieba u l-aspett volontarju fil-ħajja tagħha u kif dan jimxi id f’id mal-kitba, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Lorraine Galea hija l-awtriċi ta’ 4 rumanzi għall-adulti u l-adoloxxenti bl-isem ta’ Id-Djarju ta’ Darba f’Sena (2014), Jien Bħalek, Differenti (2015), Buli (2016), u Ritratt Bla Ħsieb (2018). L-aħħar żewġ kotba jirrigwardjaw ukoll it-temi ta bbuljar bil-ħsieb li jkunu ta’ għajnuna lil tfal, żgħażagħ u dawk ta’ madwarhom biex ikunu jafu kif għandhom jimxu f’każijiet ta’ bbuljar. Lorraine hija wkoll għalliema tal-PSCD fi skola sekondarja, u membru tal-għaqda volontrarja Be Brave, li taħdem biex ixxerred aktar għarfien dwar is-suġġett tal-ibbuljar u l-forom differenti li jista’ jieħu.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article