Home / News / Taħt il-Qoxra: Lorraine Galea Back to News Taħt il-Qoxra: Lorraine Galea Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 15th July, 2019 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Lorraine Galea. Mal-mistiedna tkellimna dwar it-temi soċjali li jixirfu u jispirawha, l-element awtobijografiku fit-tfassil tar-rumanzi tal-kittieba, l-aspett volontarju fil-ħajja tagħha u kif dan jimxi id f’id mal-kitba, u metodi kif il-ġenituri jistgħu jrawmu d-drawwa tal-qari fit-tfal, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Lorraine Galea hija l-awtriċi ta’ 4 rumanzi għall-adulti u l-adoloxxenti bl-isem ta’ Id-Djarju ta’ Darba f’Sena (2014), Jien Bħalek, Differenti (2015), Buli (2016), u Ritratt Bla Ħsieb (2018). L-aħħar żewġ kotba jirrigwardjaw ukoll it-temi ta bbuljar bil-ħsieb li jkunu ta’ għajnuna lil tfal, żgħażagħ u dawk ta’ madwarhom biex ikunu jafu kif għandhom jimxu f’każijiet ta’ bbuljar. Lorraine hija wkoll għalliema tal-PSCD fi skola sekondarja, u membru tal-għaqda volontrarja Be Brave, li taħdem biex ixxerred aktar għarfien dwar is-suġġett tal-ibbuljar u l-forom differenti li jista’ jieħu. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More