L-użu tal-karta t-tajba għall-ktieb tiegħek jagħmel id-differenza kollha fil-pubblikazzjoni. Huwa importanti li tkun familjari mat-tipi differenti ta’ karta, l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom u kif jaħdmu għall-arti tiegħek. Dan is-seminar se jkun sors ta’ għarfien dwar tipi differenti ta’ karti disponibbli għall-pubblikazzjoni tal-kotba. Il-kelliem mistieden se jkun is-Sur Alessandro Nardelli, il-Koordinatur Internazzjonali tal-Pubblikazzjoni f’Cartiere della Garda, Lecta Group SA, li huma msieħba ta’ Gutenberg Press Ltd.
Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
Ibbukkja post għal dan l-avveniment fuq: www.showshappening.com
Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.
Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.