F’din id-diskussjoni jiltaqgħu ħbieb, kittieba u akkademiċi li afu lil Mario Azzopardi u l-faċċati differenti ta’ din il-figura ewlenija fix-xena kulturali Maltija. Se jintwera wkoll filmat ma’ Azzopardi mill-2017 meta rebaħ il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura. Din id-diskussjoni se tkun immoderata mill-akkademiku Immanuel Mifsud, bil-parteċipazzjoni ta’ Giuseppe Schembri Bonaci (storiku tal-arti), Karl Schembri (poeta), u Marvic Cordina (attriċi).