Dan l-avveniment se jlaqqa’ lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ għat-tnedija ta’ edizzjoni mġedda tal-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ. Se jkun hemm qari ta’ siltiet mir-rebbieħ tas-sena l-oħra – Lon Kirkop – kif ukoll xi testimonjanzi minn rebbieħa tal-passat.