Segwi l-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 bit-tħabbira tar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għat-tfal u l-adolexxenti – il-Premju Terramaxka. Is-sittax-il titlu finalist, ippubblikati fl-2020 fis-sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka, li jkopru xogħlijiet oriġinali u tradotti, intgħażlu minn bord ta’ aġġudikaturi indipendenti u tħabbru aktar kmieni din is-sena.

Sena wara sena, ix-xogħlijiet finalisti u rebbieħa tal-Premju Terramaxka jipprovdu gwida ta’ min joqgħod fuqha għall-aqwa kotba ppubblikati lokalment għal tfal ta’ kull età.