Il-marjunettti jitkellmu? Ingħaqad magħna għal sessjoni ta’ rakkontar ta’ stejjer. L-awtriċi tal-kotba għat-tfal, Mandy Tabone, se tkun qed taqra xi stejjer għat-tfal waqt li l-pupazzier Sean Briffa ta’ Briffa Animation se jkun qed janima din is-sessjoni divertenti flimkien ma’ sħabu l-marjunetti. Il-postijiet huma limitati u tista’ tibbukkja permezz ta’ email mhux aktar tard mis-16 ta’ Novembru lil mail@merlinlibrary.com.Min jibgħat l-ewwel, jinqeda l-ewwel.