Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018

Il-programm kulturali tal-FNK 2018 kellu aktar minn 80 attività bejn tnedijiet ta’ kotba, qari, laqgħat mal-awturi, seminars u konferenzi. Bħala avveniment li fforma parti mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-Festival ingħata s-sostenn sħiħ tal-Gvern.

 

Il-mistiedna speċjali ta’ din l-edizzjoni kienet l-awtriċi u attivista ta’ fama internazzjonali Naomi Klein, li kienet intervistata mill-ġurnalist lokali Matthew Vella. Klein hi l-awtriċi tal-ktieb The Shock Doctrine, li kiser rekords ta’ bejgħ fid-dinja u li fih Klein titkellem dwar dak li ssejjaħlu ‘kapitaliżmu tad-diżastri’. Il-ktieb qawwa l-prominenza ta’ Klein, bin-New Yorker jgħid li Klein hi l-aktar figura viżibbli u influwenti fix-xellug Amerikan.

EDIZZJONIJIET IMGĦODDIJA