Home / News / Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 back to news Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 Festivals • Other 19th April, 2018 Fetħu l-applikazzjonijiet għal esebituri biex jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018. Bħas-soltu, il-Festival se ssir fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru, 7-11, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta . L-applikazzjoni hija miftuħa għall-pubblikaturi kollha, distributuri tal-ktieb, ħwienet tal-kotba u aġenziji tal-ktieb. NGOs u entitajiet pubbliċi li l-kamp ta’ attività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ materjal letterarju jew il-promozzjoni tal-letteratura huma mistiedna japplikaw. Dawk kollha interessati jieħdu sehem huma mħeġġa biex japplikaw kmieni u jippreżentaw, flimkien mal-applikazzjoni tagħhom, lista dettaljata ta’ attivitajiet li jixtiequ jinkludu fil-programm kulturali tal-Festival. Huma mfakkra li applikazzjonijiet li jiddaħħlu kmieni jistgħu jingħataw preferenza fil-programm ta’ attivitajiet. Il-Formola tal-Applikazzjoni bir-Regolamenti aġġornati għall-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 tista’ titniżżel mill-paġna tagħna hawn. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li taqra b’attenzjoni t-termini u l-kundizzjonijiet qabel ma tapplika. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar eliġibilità għall-parteċipazzjoni int mitlub li tikteb lil Simona Cassano fuq simona.cassano@gov.mt jew lil John Grech fuq john.f.grech@gov.mt. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu mimlija sew u mibgħuta jew mehmuża f’email lil Simona Cassano (fuq l-istess indirizz li jidher hawn fuq) jew bil-posta lis-Sur Joe Debattista fl-indirizz li jidher hawn taħt, sa mhux aktar tard mill-10 Awissu, 2018. National Book Council Central Public Library Prof. J. Mangion Street Floriana, FRN 1800 MALTA SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More