Home / News / Taħt il-Qoxra: Steve Borg Back to News Taħt il-Qoxra: Steve Borg Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 16th March, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’ Rachelle Deguara tkellmet ma’ Steve Borg. Mal-mistieden tkellimna dwar iż-żewġ volumi tiegħu ta’ riċerka etnografika: Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom, speċjalment it-tieni volum li għadu kif rebaħ bih il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Ħarisna lejn in-nozzjonijiet ta’ ‘Malta l-qadima’ u ‘Malta l-ġdida’, in-natura ta’ xogħol etnografiku, il-grad tal-involviment tal-awtur f’riċerka etnografika, ir-referenza għal Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, il-kompatibbiltà ta’ kitba nazzjonalistika ma’ kitba soċjoekonomika, u t-taħlit f’ġensna u kif nirreaġixu għalih, u anki sibna ċ-ċans nisimgħu xi stejjer milli ltaqa’ magħhom. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Steve Borg serva bħala segretarju ta’ FondazzjonI Wirt Artna u l-Għaqda Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali għal ħafna snin. Huwa pproduċa u ppreżenta diversi sensiliet fuq ir-radju u l-istazzjon televiżiv nazzjonali Malti, fosthom ‘Għeruqna’, ‘Worldbeat’ u ‘Kif Għadda ż-Żmien’, kif ukoll ittraduċa kotba għall-Malti. Ipproduċa wkoll għadd ta’ albums mużikali bil-Malti ta’ kantanti ewlenin. Borg iggradwa mill-Università ta’ Northumbria (Newcastle) u ġab id-dottorat mal-Università ta’ Hull fl-Arti u l-Midja l-Ġdida. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles The Results Of The Malta Book Fund 2026 Are Out News 17th July, 2026 Read More The 46th PLR Payment Is Out Public Lending Rights 10th July, 2026 Read More The NBC Salutes the Memory of UK Agent and Literary Ambassador to Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More World-Famous Scottish Crime Writer Ian Rankin heads to Malta Book Festival ’26 News 23rd June, 2026 Read More Come and Uncover the Story – Launching the Malta Book Festival 2026 Poster! News 15th June, 2026 Read More The National Book Council Makes Sizeable Book Donation to Mount Carmel Hospital News 9th June, 2026 Read More Lock in Your Big Idea! Free Online Course on Novel Writing Now Open for Registration News 8th June, 2026 Read More Uncover the Story at the Malta Book Festival! News 18th May, 2026 Read More John Edward DeMicoli from Malta wins 2026 regional Commonwealth Short Story Prize for Canada and Europe News 13th May, 2026 Read More The 2026 Doreen Micallef National Poetry Contest is Now Open for Entries News 12th May, 2026 Read More view all similar news
The NBC Salutes the Memory of UK Agent and Literary Ambassador to Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More
World-Famous Scottish Crime Writer Ian Rankin heads to Malta Book Festival ’26 News 23rd June, 2026 Read More
Come and Uncover the Story – Launching the Malta Book Festival 2026 Poster! News 15th June, 2026 Read More
The National Book Council Makes Sizeable Book Donation to Mount Carmel Hospital News 9th June, 2026 Read More
Lock in Your Big Idea! Free Online Course on Novel Writing Now Open for Registration News 8th June, 2026 Read More
John Edward DeMicoli from Malta wins 2026 regional Commonwealth Short Story Prize for Canada and Europe News 13th May, 2026 Read More
The 2026 Doreen Micallef National Poetry Contest is Now Open for Entries News 12th May, 2026 Read More