Audrey Friggieri tiddiskuti ma’ Luke Galea l-poeżija u poesaġġi ta’ Mario Azzopardi fil-ġabra tiegħu Il-Fabbrikant tal-Marjunetti. Flimkien jaqsmu ħsibijiet fuq kif il-qari mill-ġdid ta’ Azzopardi dejjem joffri xi ħaġa ġdida, u kif Azzopardi jiffoka fuq il-kundizzjoni tal-bniedem u jipprova jsib tifsira tal-umanità.

 Audrey Friggieri trabbiet Ħal Luqa, ħdejn wied sabiħ li llum għeb, fejn attendiet l-iskola primarja tal-gvern. Fl-2013, ġie ppubblikat l-ewwel ktieb tagħha għat-tfal li kien ukoll finalist għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Iggradwat bħala għalliema, u llum waslet biex ittemm ir-riċerka tad-dottorat tagħha dwar iż-żgħazagħ f’Malta u l-edukazzjoni. Fl-2022, ippublikat Karolina, Ferdi u s-saħħar il-ħażin flimkien ma’ Clarissa Sammut Scerri, u Ana u Zak isalvaw il-pjaneta, żewġ kotba b’illustrazzjonijiet għat-tfal.

Kotba dikussi f’dan l-episodju: 
Mario Azzopardi, Il-Fabbrikant tal-Marjunetti (Horizons, 2012)
Audrey Friggieri, Karolina, Ferdi u s-saħħar il-ħażin; Ana u Zak isalvaw il-pjaneta (Merlin Publishers, 2022)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article