Leanne Ellul tiddiskuti ma’ Luke Galea dwar il-ġabra ta’ poeżija magħżula minnha ta’ Glen Calleja, eki t’eki (Pubblikaturi AWL, 2002), l-influwenza li ħalliet fuqha, ir-rispett li għandha lejn kif Calleja iħaddem il-kelma, u kif il-ħoss tal-poeżija jsir it-tifsira.

Leanne Ellul tikteb il-poeżija u l-proża u ppubblikat xogħol għall-adulti u għat-tfal. Ingħatat il-Premju tal-Awtriċi Emerġenti tas-sena fl-2016 mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u numru ta’ xogħlijiet minn tagħha ħadu l-Premju Terramaxka. L-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha, L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla, kienet ippubblikata fl-2020. L-aħħar xogħol tagħha għall-kbar, Bjuda, huwa proġett interdixxiplinarju li jdur mal-kulur abjad. Ellul tgħallem il-Malti u hija attiva f’Inizjamed u Fondazzjoni HELA, żewġ għaqdiet volontarji li għandhom fil-qalb tagħhom il-lingwa u l-kultura.

 

Kotba dikussi f’dan l-episodju: 
Glen Calleja, eki t’eki (Pubblikaturi AWL, 2002)
Leanne Ellul, L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla (Merlin Publishers, 2021)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article