Home / News / Markapaġna E08 – Leanne Ellul Back to News Markapaġna E08 – Leanne Ellul Markapaġna • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 1st November, 2022 Leanne Ellul tiddiskuti ma’ Luke Galea dwar il-ġabra ta’ poeżija magħżula minnha ta’ Glen Calleja, eki t’eki (Pubblikaturi AWL, 2002), l-influwenza li ħalliet fuqha, ir-rispett li għandha lejn kif Calleja iħaddem il-kelma, u kif il-ħoss tal-poeżija jsir it-tifsira. Leanne Ellul tikteb il-poeżija u l-proża u ppubblikat xogħol għall-adulti u għat-tfal. Ingħatat il-Premju tal-Awtriċi Emerġenti tas-sena fl-2016 mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u numru ta’ xogħlijiet minn tagħha ħadu l-Premju Terramaxka. L-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha, L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla, kienet ippubblikata fl-2020. L-aħħar xogħol tagħha għall-kbar, Bjuda, huwa proġett interdixxiplinarju li jdur mal-kulur abjad. Ellul tgħallem il-Malti u hija attiva f’Inizjamed u Fondazzjoni HELA, żewġ għaqdiet volontarji li għandhom fil-qalb tagħhom il-lingwa u l-kultura. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=kWM1K1CQQuc[/embedyt] Kotba dikussi f’dan l-episodju: Glen Calleja, eki t’eki (Pubblikaturi AWL, 2002) Leanne Ellul, L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla (Merlin Publishers, 2021) Mużika: Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’ https://michaelazzopardi.xyz/ Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/. SHARE POST Related Articles Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More view all similar news
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More