Luke Galea jidħol f’diskursata mal-Poeta Lawreata Nadia Mifsud fuq Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022) ta’ Claudia Gauci, ix-xbihat li tevoka din il-ġabra, id-djalogu li jinħoloq mal-qarrejja permezz ta’ kull titlu mistoqsija, u l-mod kif Gauci ppreżentat lill-mara.

Mifsud ippubblikat tliet ġabriet tal-poeżija, rumanz, Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa (Merlin Publishers, 2017), u ġabra ta’ stejjer qosra, Żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), li kollha jiffukaw fuq is-suġġett li tittratta b’mod rikurrenti, l-esperjenza tal-mara, espressa b’mod elokwenti imma istintiv u onest. Iż-żewġ ġabriet ta’ poeżija tagħha Kantuniera ’l Bogħod (Skarta, 2015) u Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2021) rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u għalhekk fl-2022 Mifsud ingħatat it-titlu ta’ Poeta Lawreata.

 

Kotba diskussi f’dan l-episodju:
Claudia Gauci, Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022)
Nadia Mifsud, Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2022)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.
Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/


Share Article