Home / News / Markapaġna Episodju Speċjali – Nadia Mifsud Back to News Markapaġna Episodju Speċjali – Nadia Mifsud Markapaġna • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 24th January, 2023 Luke Galea jidħol f’diskursata mal-Poeta Lawreata Nadia Mifsud fuq Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022) ta’ Claudia Gauci, ix-xbihat li tevoka din il-ġabra, id-djalogu li jinħoloq mal-qarrejja permezz ta’ kull titlu mistoqsija, u l-mod kif Gauci ppreżentat lill-mara. Mifsud ippubblikat tliet ġabriet tal-poeżija, rumanz, Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa (Merlin Publishers, 2017), u ġabra ta’ stejjer qosra, Żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), li kollha jiffukaw fuq is-suġġett li tittratta b’mod rikurrenti, l-esperjenza tal-mara, espressa b’mod elokwenti imma istintiv u onest. Iż-żewġ ġabriet ta’ poeżija tagħha Kantuniera ’l Bogħod (Skarta, 2015) u Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2021) rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u għalhekk fl-2022 Mifsud ingħatat it-titlu ta’ Poeta Lawreata. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=FZNT9gJIGEk[/embedyt] Kotba diskussi f’dan l-episodju: Claudia Gauci, Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022) Nadia Mifsud, Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2022) Mużika: Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’ https://michaelazzopardi.xyz/ Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/. SHARE POST Related Articles Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More view all similar news
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More