Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Tyrone Grima, il-ġabra ta’ novelli ta’ Ramona Depares, ‘The Patient in Hospital Zero(Merlin Publishers, 2021), dwar it-tensjoni u l-biża’ li toħloq din il-ġabra, l-aspett soċjopolitiku tagħha, u l-elementi komuni bejn din il-ġabra u ‘Frammenti’, ir-rumanz rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

Tyrone Grima huwa lettur fl-Arti Performattiva fl-MCAST, kif ukoll direttur u kittieb tat-teatru. Interessat ħafna fil-letteratura u teatru queer, kif ukoll fl-ispiritwalità. L-ewwel xogħol tiegħu fil-qasam letterarju kien ir-rumanzett ‘Celibacy’. Grima kiteb ukoll żewġ ġabriet ta’ novelli flimkien ma’ Justin Schembri: ‘Frekwenzi Ħiemda’ u ‘Frekwenzi Msikkta’, kif ukoll ir-rumanz queer ‘Bep’. L-aħħar rumanz tiegħu, ‘Frammenti’ rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:
Ramona Depares, ‘The Patient in Hospital Zero (Merlin Publishers, 2021)
Tyrone Grima, ‘Frammenti’ (Merlin Publishers, 2021)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.
Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article