Home / News / Markapaġna S02E03 – Tyrone Grima Back to News Markapaġna S02E03 – Tyrone Grima Markapaġna • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 14th February, 2023 Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Tyrone Grima, il-ġabra ta’ novelli ta’ Ramona Depares, ‘The Patient in Hospital Zero’ (Merlin Publishers, 2021), dwar it-tensjoni u l-biża’ li toħloq din il-ġabra, l-aspett soċjopolitiku tagħha, u l-elementi komuni bejn din il-ġabra u ‘Frammenti’, ir-rumanz rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Tyrone Grima huwa lettur fl-Arti Performattiva fl-MCAST, kif ukoll direttur u kittieb tat-teatru. Interessat ħafna fil-letteratura u teatru queer, kif ukoll fl-ispiritwalità. L-ewwel xogħol tiegħu fil-qasam letterarju kien ir-rumanzett ‘Celibacy’. Grima kiteb ukoll żewġ ġabriet ta’ novelli flimkien ma’ Justin Schembri: ‘Frekwenzi Ħiemda’ u ‘Frekwenzi Msikkta’, kif ukoll ir-rumanz queer ‘Bep’. L-aħħar rumanz tiegħu, ‘Frammenti’ rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=aUS8omq9mUw[/embedyt] Kotba diskussi f’dan l-episodju: Ramona Depares, ‘The Patient in Hospital Zero’ (Merlin Publishers, 2021) Tyrone Grima, ‘Frammenti’ (Merlin Publishers, 2021) Mużika: Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’ https://michaelazzopardi.xyz/ Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/. SHARE POST Related Articles Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More view all similar news
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More