Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Maria Theuma dwar il-ġabra ta’ poeżija rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, ‘Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2021) ta’ Nadia Mifsud. Id-diskussjoni timraħ fuq ir-rettorika tas-skiet, it-tipi differenti tas-skiet u l-element konfessjonali f’din il-ġabra.

Maria Theuma hija riċerkatriċi, kittieba u traduttriċi. Studjat fl-Università ta’ Malta u f’Goldsmiths, University of London u għandha dottorat fl-Ingliż. L-interessi tar-riċerka tagħha jinkludu l-postumaniżmu, it-teorija letterarja, il-letteratura komparattiva u l-kulturi viżivi. Dan l-aħħar, il-kitba akkademika tagħha ġiet ppubblikata fil-‘Journal of Posthumanism’ (Transnational Press London, Londra) u f’’CounterText’ (Edinburgh University Press, Edinburgh). Ix-xogħol kreattiv tagħha, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, deher f’diversi proġetti multimedjali kollaborattivi, u fuq diversi pjattaformi, kemm dawk online kif ukoll dawk stampati, bħal ‘Scintillas: New Maltese Writing 1’ (Praspar Press, Londra). Kitbet reċensjonijiet dwar l-arti u t-teatru lokali għal ‘The Sunday Times of Malta’ u ‘Malta Today’, fost oħrajn.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:
Nadia Mifsud, ‘Varjazzjonijiet tas-Skiet(Ede Books, 2021)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.
Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/


Share Article