Home / News / Markapaġna S02E04 – Maria Theuma Back to News Markapaġna S02E04 – Maria Theuma Markapaġna • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 21st February, 2023 Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Maria Theuma dwar il-ġabra ta’ poeżija rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, ‘Varjazzjonijiet tas-Skiet’ (Ede Books, 2021) ta’ Nadia Mifsud. Id-diskussjoni timraħ fuq ir-rettorika tas-skiet, it-tipi differenti tas-skiet u l-element konfessjonali f’din il-ġabra. Maria Theuma hija riċerkatriċi, kittieba u traduttriċi. Studjat fl-Università ta’ Malta u f’Goldsmiths, University of London u għandha dottorat fl-Ingliż. L-interessi tar-riċerka tagħha jinkludu l-postumaniżmu, it-teorija letterarja, il-letteratura komparattiva u l-kulturi viżivi. Dan l-aħħar, il-kitba akkademika tagħha ġiet ppubblikata fil-‘Journal of Posthumanism’ (Transnational Press London, Londra) u f’’CounterText’ (Edinburgh University Press, Edinburgh). Ix-xogħol kreattiv tagħha, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, deher f’diversi proġetti multimedjali kollaborattivi, u fuq diversi pjattaformi, kemm dawk online kif ukoll dawk stampati, bħal ‘Scintillas: New Maltese Writing 1’ (Praspar Press, Londra). Kitbet reċensjonijiet dwar l-arti u t-teatru lokali għal ‘The Sunday Times of Malta’ u ‘Malta Today’, fost oħrajn. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=C2cLJrP3T8o[/embedyt] Kotba diskussi f’dan l-episodju: Nadia Mifsud, ‘Varjazzjonijiet tas-Skiet’ (Ede Books, 2021) Mużika: Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’ https://michaelazzopardi.xyz/ Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/. SHARE POST Related Articles Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More view all similar news
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More