F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara titkellem ma’ Carmel Scicluna, ħassieb u poeta, li jistqarr li hu bniedem reliġjuż ħafna. Scicluna jitkellem dwar poeżiji tiegħu minn ġabriet differenti, u magħhom insiru nafu minn fommu stess kif żviluppa l-karattru kuntrastanti tiegħu, fost affarijiet oħra, kif iħares lejn il-poeżija tal-imgħoddi u dik tal-lum u x’jaħseb dwar il-“qerq” ippreżentat fil-midja.

Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article