F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Charles Flores.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-karriera letterarja tiegħu, li tmur lura sas-sittinijiet fi żmien il-Moviment Qawmien Letterarju u tibqa’ ġejja sal-lum, bl-aħħar pubblikazzjoni tiegħu tkun it-traduzzjoni ta’ Quarantine ta’ Jim Crace, li se titnieda waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus – edizzjoni virtwali. Barra minn hekk ħarisna wkoll lejn ix-xogħol l-ieħor ta’ Flores fil-qasam tal-kultura, fosthom ix-xandir, il-ġurnaliżmu, u l-istudju kritiku u lingwistiku.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Charles Flores li fis-Snin Sittin kien wieħed mill-ko-fundaturi u l-ewwel uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Moviment Qawmien Letterarju.  Membru tal-Akkademja tal-Malti.  Kittieb ta’ bosta xogħlijiet ġurnalistiċi u letterarji f’ġurnali u rivisti Maltin u barranin kif ukoll għadd ġmielu ta’ versi għal kanzunetti Maltin.  Awtur ta’ diversi kotba bil-Malti u bl-Ingliż.


Share Article