“Ma kinitx mara ta’ ideat tipiċi ta’ żmienha” – Marlene Saliba

“Ma nafx jekk qattx qrat il-femminiżmu, imma inkonxjament jew konxjament, hi stabbiliet lilha nnifisha bħala mara” – Immanuel Mifsud

Hekk kif għadu kif fetaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef, fil-programm ta’ dil-ġimgħa laqqajna flimkien lil Immanuel Mifsud u Marlene Saliba biex ikellmuna dwar Doreen Micallef innifisha li għaliha huwa msemmi dan il-konkors nazzjonali.

Nitkellmu dwar liema żmien għexet fih din il-poetessa importanti, hi kif kienet bħala bniedma minn rakkonti personali, jekk għandhiex post bħala poeta fil-mewġa femminsta tal-letteratura Maltija, sehem is-sofferenza u l-ispiritwalità fil-kitba tagħha, u min kien jispiraha, fost oħrajn.

Infakkru lis-semmiegħa li fl-istess ħin dan l-episodju qed jixxandar fuq Radju Malta. Tista’ anki ssibu fuq is-sit www.ktieb.org.mt u mill-Youtube u Souncloud tal-KNK.

Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef bħalissa qed jilqa’ l-applikazzjonijiet. Idħol hawnhekk biex tkun taf kif tista’ tipparteċipa.


Share Article