F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Jesmond Sharples.

Mal-mistiedna tħadditna dwar il-poeżija tiegħu li tinsab fiż-żewġ ġabriet Il-qtar li nħobb (Horizons) u Ra (Klabb Kotba Maltin). Tkellimna dwar is-seħer tal-postijiet fuq il-kitba tal-poeta u l-proċess internalizzanti li joħroġ minnu, in-nebħ mitoloġiku u l-kunsiderazzjoni tal-qarrej waqt ħin il-kitba, il-periklu tal-isterjotipizzar, kif ukoll ħarisna lejnxi poeżiji partikulari fosthom waħda miktuba snin ilu dwar il-paralleliżmu bejn it-terroriżmu u l-abort, f’għajnejn il-poeta.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Jesmond Sharples laħaq infermier fl-1988 u ħadem f’diversi oqsma u għamel 14-il sena Direttur għas-Servizzi Infermeristiċi fid-Dipartiment tas-Saħħa. Bħalissa responsabbli mill-qasam tal-ispeċjalizzazzjoni tal-infermiera u l-qwiebel. Fid-dinja letterarja ppubblika ż-żewġ kotba msemmija. Fl-2019 ġie elett President tal-Għaqda Poeti Maltin.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article