Home / News / Taħt il-Qoxra: Jesmond Sharples Back to News Taħt il-Qoxra: Jesmond Sharples Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 22nd March, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Jesmond Sharples. Mal-mistiedna tħadditna dwar il-poeżija tiegħu li tinsab fiż-żewġ ġabriet Il-qtar li nħobb (Horizons) u Ra (Klabb Kotba Maltin). Tkellimna dwar is-seħer tal-postijiet fuq il-kitba tal-poeta u l-proċess internalizzanti li joħroġ minnu, in-nebħ mitoloġiku u l-kunsiderazzjoni tal-qarrej waqt ħin il-kitba, il-periklu tal-isterjotipizzar, kif ukoll ħarisna lejnxi poeżiji partikulari fosthom waħda miktuba snin ilu dwar il-paralleliżmu bejn it-terroriżmu u l-abort, f’għajnejn il-poeta. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Jesmond Sharples laħaq infermier fl-1988 u ħadem f’diversi oqsma u għamel 14-il sena Direttur għas-Servizzi Infermeristiċi fid-Dipartiment tas-Saħħa. Bħalissa responsabbli mill-qasam tal-ispeċjalizzazzjoni tal-infermiera u l-qwiebel. Fid-dinja letterarja ppubblika ż-żewġ kotba msemmija. Fl-2019 ġie elett President tal-Għaqda Poeti Maltin. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More Jitħabbru l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 News 25th August, 2026 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2026 Fondi 17th July, 2026 Read More Ħareġ is-46 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th July, 2026 Read More Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More view all similar news
L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More