F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Karl Schembri.

Mal-mistieden tkellimna dwar ir-ribelljoni letterarja, soċjali u politika fil-kitba tiegħu, l-aktar fir-rumanz, u kif dawn ġew espressi minn gruppi ta’ pressjoni f’Malta, l-iżvilupp tal-ġurnaliżmu fid-dawl ta’ skorrettezzi politiċi aktar elaborati, id-diżinformazzjoni b’ħarsa lejn Neil Postman, l-esperjenza tiegħu tan-nies f’Gaża bi spunt mill-kitba ta’ Mourid Barghouti, u r-relazzjoni tiegħu ma’ Malta mill-bogħod, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Karl Schembri huwa eks ġurnalist u l-awtur tar-rumanz Il-Manifest tal-Killer, il-ġabra ta’ novelli Taħt il-Kappa tax-Xemx u l-ġabra ta’ poeżiji Passju taħt ix-Xita. Jgħix il-Ġordan u jaħdem bħala media advisor fil-Lvant Nofsani man-Norwegian Refugee Council. Fix-xhur li ġejjin Merlin Publishers mistennija jippubblikaw ktieb ġdid tiegħu għat-tfal jismu It-Tifel li salva d-Dinja, kif ukoll edizzjoni ġdida ta’ Il-Manifest tal-Killer.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article