Home / News / Taħt il-Qoxra: Karl Schembri Back to News Taħt il-Qoxra: Karl Schembri Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 10th May, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Karl Schembri. Mal-mistieden tkellimna dwar ir-ribelljoni letterarja, soċjali u politika fil-kitba tiegħu, l-aktar fir-rumanz, u kif dawn ġew espressi minn gruppi ta’ pressjoni f’Malta, l-iżvilupp tal-ġurnaliżmu fid-dawl ta’ skorrettezzi politiċi aktar elaborati, id-diżinformazzjoni b’ħarsa lejn Neil Postman, l-esperjenza tiegħu tan-nies f’Gaża bi spunt mill-kitba ta’ Mourid Barghouti, u r-relazzjoni tiegħu ma’ Malta mill-bogħod, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Karl Schembri huwa eks ġurnalist u l-awtur tar-rumanz Il-Manifest tal-Killer, il-ġabra ta’ novelli Taħt il-Kappa tax-Xemx u l-ġabra ta’ poeżiji Passju taħt ix-Xita. Jgħix il-Ġordan u jaħdem bħala media advisor fil-Lvant Nofsani man-Norwegian Refugee Council. Fix-xhur li ġejjin Merlin Publishers mistennija jippubblikaw ktieb ġdid tiegħu għat-tfal jismu It-Tifel li salva d-Dinja, kif ukoll edizzjoni ġdida ta’ Il-Manifest tal-Killer. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More