F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Peter Calamatta.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-kotba differenti tiegħu, fosthom il-ktieb Me and my mentors u oħrajn li jirrelataw mal-karriera pubblika tiegħu fil-ġardinaġġ u l-ortikultura.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Il-kotba ta’ Peter Calamatta tista’ tixtrihom minn hawnhekk.

Peter Calamatta magħruf l-aktar għall-programm tiegħu tar-radju ‘Dawra mal-Ġnien’, li baqa’ jixxandar għal 45 sena. Ħadem mal-Gvern, u kkontribwixxa fit-tkabbir fis-serer tat-tadam u l-qronfol, u fetaħ l-ewwel ċentri ta’ ġardinaġġ f’Malta. Ħadem anki bħala Chariman mal-ELC fid-disinn ta’ ġonna u triqat pubbliċi. Ingħata Ġieħ ir-Repubblika. Ilu jaħdem fl-ortikultura 60 sena, u dan l-aħħar ħareġ 4 kotba.


Share Article