Home / News / Taħt il-Qoxra: Prof. Charles Briffa Back to News Taħt il-Qoxra: Prof. Charles Briffa Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 14th October, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem mal-Professur Charles Briffa dwar is-sengħa tat-traduzzjoni f’Malta tul iż-żmien u bħalissa, bil-preġji u l-isfidi li ġġorr magħha. Prof. Briffa jibda billi jgħid li t-traduzzjoni orali kienet ilha sseħħ qabel dik tal-kitba. Jirrimarka li l-kelma interpretu bil-Malti fl-antik kienet ‘turċman’. Fil-kuntest tal-proża, Prof. Briffa jgħid li rridu mmorru lejn is-Seklu 19, meta bdew isiru bosta addattamenti letterarji minn lingwi oħra għall-Malti. Il-mistieden jitkellem ukoll dwar id-differenza ben addattazzjoni u traduzzjoni. Skont Briffa f’das-seklu f’Malta kien hawn aktar minn tal-ewwel milli l-oħra. Il-Professur isemmi l-ewwel traduzzjonijiet, bħal dik ta’ Mikiel Anton Vassalli, ‘Is-Sultan Ċiru’ mill-Franċiż (1831) u t-tieni ta’ Richard Taylor li ttradduċa ‘Robinson Crusoe’ (1846). Aktar ’il quddiem fl-intervista Prof. Briffa jsemmi bosta tradutturi oħra Maltin li aktarx mhumiex daqstant magħrufa. Segwi l-intervista sħiħa hawnhekk. X’jista’ jsir biex it-traduzzjonijiet għall-Malti jiżdiedu, l-għarfien tat-teorija tat-traduzzjoni, l-udjenza tat-traduttur, l-istil, l-industrija tat-traduzzjoni u bosta temi oħra huma diskussi f’din l-intervista. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles National Book Council Publishes its Annual Report for 2025 News 17th April, 2026 Read More Commonwealth Short Story Prize welcomes the first ever Maltese author onto its regional shortlist News 15th April, 2026 Read More Exhibitors and Event Organisers – Apply Now To Participate At The 2026 Malta Book Festival! News 14th April, 2026 Read More Apply Now for a Free Online Course for Aspiring Book Editors News 13th April, 2026 Read More The 45 PLR Payment Is Out Public Lending Rights 9th April, 2026 Read More Call for Theatrical Adaptations of Maltese Books at the Malta Book Festival News 8th April, 2026 Read More The National Book Council Welcomes a New Manager News 7th April, 2026 Read More Subsidy Scheme for Printed Books is Now Launched News 1st April, 2026 Read More The National Book Prize 2026 List of Eligible Submissions is Now Out News 30th March, 2026 Read More Full Programme for the Annual Book Conference: Varied Group of Speakers Explore the Economic Realities of the Publishing Industry News 20th March, 2026 Read More view all similar news
Commonwealth Short Story Prize welcomes the first ever Maltese author onto its regional shortlist News 15th April, 2026 Read More
Exhibitors and Event Organisers – Apply Now To Participate At The 2026 Malta Book Festival! News 14th April, 2026 Read More
Call for Theatrical Adaptations of Maltese Books at the Malta Book Festival News 8th April, 2026 Read More
Full Programme for the Annual Book Conference: Varied Group of Speakers Explore the Economic Realities of the Publishing Industry News 20th March, 2026 Read More