Home / News / Taħt il-Qoxra: Prof. Charles Briffa Back to News Taħt il-Qoxra: Prof. Charles Briffa Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 14th October, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem mal-Professur Charles Briffa dwar is-sengħa tat-traduzzjoni f’Malta tul iż-żmien u bħalissa, bil-preġji u l-isfidi li ġġorr magħha. Prof. Briffa jibda billi jgħid li t-traduzzjoni orali kienet ilha sseħħ qabel dik tal-kitba. Jirrimarka li l-kelma interpretu bil-Malti fl-antik kienet ‘turċman’. Fil-kuntest tal-proża, Prof. Briffa jgħid li rridu mmorru lejn is-Seklu 19, meta bdew isiru bosta addattamenti letterarji minn lingwi oħra għall-Malti. Il-mistieden jitkellem ukoll dwar id-differenza ben addattazzjoni u traduzzjoni. Skont Briffa f’das-seklu f’Malta kien hawn aktar minn tal-ewwel milli l-oħra. Il-Professur isemmi l-ewwel traduzzjonijiet, bħal dik ta’ Mikiel Anton Vassalli, ‘Is-Sultan Ċiru’ mill-Franċiż (1831) u t-tieni ta’ Richard Taylor li ttradduċa ‘Robinson Crusoe’ (1846). Aktar ’il quddiem fl-intervista Prof. Briffa jsemmi bosta tradutturi oħra Maltin li aktarx mhumiex daqstant magħrufa. Segwi l-intervista sħiħa hawnhekk. X’jista’ jsir biex it-traduzzjonijiet għall-Malti jiżdiedu, l-għarfien tat-teorija tat-traduzzjoni, l-udjenza tat-traduttur, l-istil, l-industrija tat-traduzzjoni u bosta temi oħra huma diskussi f’din l-intervista. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More