F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Robert Thake.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-kollezzjoniżmu tal-Melitensja, dwar żminijiet partikulari fl-istorja tal-ktieb Malti, sejbiet importanti fil-qasam, dwar ir-rakkont attribwit lil Francesco Agius de Soldanis bit-titlu Mustafà Bassà di Rodi schiavo in Malta u r-realtajijiet politiċi f’Malta u f’Ruma li għamlu dan it-test kontroversjali, il-ktieb Histoire de Malte u għala kien ġie pprojbit, u temi oħra relatati.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Dr. Robert Thake huwa avukat, awtur, kollezzjonist tal-kotba Maltin u lettur ibbażat f’Malta. Huwa membru tal-Bibliographical Society ta’ London u l-Grolier Club ta’ New York u kif ukoll visiting lecturer fid-Dipartiment tal-Liġi Ċivili tal-Università ta’ Malta.  Il-pubblikazzjonijiet u r-riċerka tiegħu jiffukaw fuq l-istorja tal-ktieb, speċifikament fuq il-letteratura pprojbita, partikolarment fis-seklu tmintax, u jinkludu A Publishing History of a Prohibited Best-Seller: The Abbé de Vertot and his Histoire de Malte (Oak Knoll Press, 2016) u Patriotism, Deception and Censorship: De Soldanis and the 1751 account of the uprising of the slaves (BDL Books, 2013).

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article