Home / News / Taħt il-Qoxra: Robert Thake Back to News Taħt il-Qoxra: Robert Thake Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 29th December, 2019 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Robert Thake. Mal-mistieden tkellimna dwar il-kollezzjoniżmu tal-Melitensja, dwar żminijiet partikulari fl-istorja tal-ktieb Malti, sejbiet importanti fil-qasam, dwar ir-rakkont attribwit lil Francesco Agius de Soldanis bit-titlu Mustafà Bassà di Rodi schiavo in Malta u r-realtajijiet politiċi f’Malta u f’Ruma li għamlu dan it-test kontroversjali, il-ktieb Histoire de Malte u għala kien ġie pprojbit, u temi oħra relatati. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Robert Thake huwa avukat, awtur, kollezzjonist tal-kotba Maltin u lettur ibbażat f’Malta. Huwa membru tal-Bibliographical Society ta’ London u l-Grolier Club ta’ New York u kif ukoll visiting lecturer fid-Dipartiment tal-Liġi Ċivili tal-Università ta’ Malta. Il-pubblikazzjonijiet u r-riċerka tiegħu jiffukaw fuq l-istorja tal-ktieb, speċifikament fuq il-letteratura pprojbita, partikolarment fis-seklu tmintax, u jinkludu A Publishing History of a Prohibited Best-Seller: The Abbé de Vertot and his Histoire de Malte (Oak Knoll Press, 2016) u Patriotism, Deception and Censorship: De Soldanis and the 1751 account of the uprising of the slaves (BDL Books, 2013). Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More