F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Sharon Calleja.

Mal-mistiedna tkellimna dwar ir-rumanzi tagħha u l-ewwel laqgħat tagħha mal-kitba, l-interessi primarji tagħha fil-kitba, il-ġeneru tat-thriller u r-rumanz tal-misteru, l-element sopranaturali, u x-xogħol l-ieħor għat-televiżjoni, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Sharon Calleja hija l-awtriċi ta’ ħames rumanzi fosthom Ċagħaq (2016), Pupa tal-Porċellana (2018) u Friefet (2017), li jittratta ż-żminijiet kiefra tat-Tieni Gwerra f’Malta.  Hija wkoll attriċi, direttriċi u produttriċi ta’ diversi drammi li ttellgħu f’bosta teatri lokali, kif ukoll l-awtriċi ta’ testi għat-televiżjoni fosthom is-serje tal-ġeneru tal-biża’ Eklissi. Fl- 2011 ingħatat il-premju kulturali ‘Għarb Cultural Award’ għall-ktiba, u minn Mejju 2016 ‘l hawn bdiet tikteb rakkont li kull ħmistax jidher f’gazzetta lokali. L-aktar ktieb reċenti tagħa huwa Rubini li ġie ppubblikat aktar kmieni din is-sena u li huwa bbażat fuq l-istorja tas-serje televiżiva tal-istess isem.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article