Home / News / Taħt il-Qoxra: Sharon Calleja Back to News Taħt il-Qoxra: Sharon Calleja Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 5th October, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Sharon Calleja. Mal-mistiedna tkellimna dwar ir-rumanzi tagħha u l-ewwel laqgħat tagħha mal-kitba, l-interessi primarji tagħha fil-kitba, il-ġeneru tat-thriller u r-rumanz tal-misteru, l-element sopranaturali, u x-xogħol l-ieħor għat-televiżjoni, fost affarijiet oħra. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Sharon Calleja hija l-awtriċi ta’ ħames rumanzi fosthom Ċagħaq (2016), Pupa tal-Porċellana (2018) u Friefet (2017), li jittratta ż-żminijiet kiefra tat-Tieni Gwerra f’Malta. Hija wkoll attriċi, direttriċi u produttriċi ta’ diversi drammi li ttellgħu f’bosta teatri lokali, kif ukoll l-awtriċi ta’ testi għat-televiżjoni fosthom is-serje tal-ġeneru tal-biża’ Eklissi. Fl- 2011 ingħatat il-premju kulturali ‘Għarb Cultural Award’ għall-ktiba, u minn Mejju 2016 ‘l hawn bdiet tikteb rakkont li kull ħmistax jidher f’gazzetta lokali. L-aktar ktieb reċenti tagħa huwa Rubini li ġie ppubblikat aktar kmieni din is-sena u li huwa bbażat fuq l-istorja tas-serje televiżiva tal-istess isem. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More