Home / News / Taħt il-Qoxra: Steve Borg Back to News Taħt il-Qoxra: Steve Borg Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 16th March, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’ Rachelle Deguara tkellmet ma’ Steve Borg. Mal-mistieden tkellimna dwar iż-żewġ volumi tiegħu ta’ riċerka etnografika: Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom, speċjalment it-tieni volum li għadu kif rebaħ bih il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Ħarisna lejn in-nozzjonijiet ta’ ‘Malta l-qadima’ u ‘Malta l-ġdida’, in-natura ta’ xogħol etnografiku, il-grad tal-involviment tal-awtur f’riċerka etnografika, ir-referenza għal Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, il-kompatibbiltà ta’ kitba nazzjonalistika ma’ kitba soċjoekonomika, u t-taħlit f’ġensna u kif nirreaġixu għalih, u anki sibna ċ-ċans nisimgħu xi stejjer milli ltaqa’ magħhom. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Steve Borg serva bħala segretarju ta’ FondazzjonI Wirt Artna u l-Għaqda Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali għal ħafna snin. Huwa pproduċa u ppreżenta diversi sensiliet fuq ir-radju u l-istazzjon televiżiv nazzjonali Malti, fosthom ‘Għeruqna’, ‘Worldbeat’ u ‘Kif Għadda ż-Żmien’, kif ukoll ittraduċa kotba għall-Malti. Ipproduċa wkoll għadd ta’ albums mużikali bil-Malti ta’ kantanti ewlenin. Borg iggradwa mill-Università ta’ Northumbria (Newcastle) u ġab id-dottorat mal-Università ta’ Hull fl-Arti u l-Midja l-Ġdida. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles National Book Council Publishes its Annual Report for 2025 News 17th April, 2026 Read More Commonwealth Short Story Prize welcomes the first ever Maltese author onto its regional shortlist News 15th April, 2026 Read More Exhibitors and Event Organisers – Apply Now To Participate At The 2026 Malta Book Festival! News 14th April, 2026 Read More Apply Now for a Free Online Course for Aspiring Book Editors News 13th April, 2026 Read More The 45 PLR Payment Is Out Public Lending Rights 9th April, 2026 Read More Call for Theatrical Adaptations of Maltese Books at the Malta Book Festival News 8th April, 2026 Read More The National Book Council Welcomes a New Manager News 7th April, 2026 Read More Subsidy Scheme for Printed Books is Now Launched News 1st April, 2026 Read More The National Book Prize 2026 List of Eligible Submissions is Now Out News 30th March, 2026 Read More Full Programme for the Annual Book Conference: Varied Group of Speakers Explore the Economic Realities of the Publishing Industry News 20th March, 2026 Read More view all similar news
Commonwealth Short Story Prize welcomes the first ever Maltese author onto its regional shortlist News 15th April, 2026 Read More
Exhibitors and Event Organisers – Apply Now To Participate At The 2026 Malta Book Festival! News 14th April, 2026 Read More
Call for Theatrical Adaptations of Maltese Books at the Malta Book Festival News 8th April, 2026 Read More
Full Programme for the Annual Book Conference: Varied Group of Speakers Explore the Economic Realities of the Publishing Industry News 20th March, 2026 Read More