Josianne Block tippreżenta l-ewwel ktieb tagħha għall-adolexxenti, 360° – rakkont innovattiv ta’ relazzjoni kumplessa permezz ta’ ittri. L-awtur hija rebbieħa tal-premju għal kittieba żgħażagħ.

Midsea Books Ltd huma meqjusa fost il-pubblikaturi ewlenin f’Malta. Id-dar tal-pubblikazzjoni twaqqfet minn Pawlu Mizzi, u minbarra Midsea Books, hemm ukoll il-Klabb Kotba Maltin, Klabb Kotba Maltin | tfal u Heritage Books li kollha jippubblikaw ġeneri differenti ta’ kotba. Matul dawn l-aħħar 45 sena, Midsea Books u l-kumpaniji l-oħra msemmija saru sinonimi ma’ kotba ta’ kwalità bil-Malti jew dwar Malta. Bosta mill-kotba ppubblikati huma rebbieħa ta’ premjijiet jew ġew imsemmija fi premjijiet letterarji, kemm Malta, kif ukoll barra.