Home / News / Taħt il-Qoxra: Giuseppe Schembri Bonaci Back to News Taħt il-Qoxra: Giuseppe Schembri Bonaci Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 20th September, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Giuseppe Schembri Bonaci. Mal-mistieden tkellimna dwar iż-żewġ kotba tiegħu The Unreality of Realism: An Insular Perspective on the Development of Modern Art’ u Metal and Silence: The Quest for Daringness and Authenticity in the Arts li huma finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020. Staqsejnieh dwar l-iskopijiet ta’ dis-sensiela ppubblikata minn Horizons, il-periferalità fl-arti Maltija, l-arti u l-poter u l-ideoloġija f’Malta, u l-insularità u l-kożmopolitaniżmu tal-artisti Maltin Josef Kalleya, Toni Pace, u Vincent Apap. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Giuseppe Schembri Bonaci studja l-Filosofija, il-Liġi u l-Arti fl-Università ta’ Malta, l-universitajiet ta’ l-Istat ta’ Kiev u ta’ Moska, u wettaq studji ta’ riċerka fl-Università ta’ ta’ Milan. Huwa l-awtur ta’ ‘Shostakovich, Britten, Stravinsky and Painters in Between: 1936’, analiżi tar-relazzjoni bejn il-moderniżmu u l-poter. Kiteb bosta kotba dwar l-Arti Moderna u Kontemporanja, il-Filosofija tal-Arti, u l-arti Maltija tas-seklu għoxrin. Huwa Professur Assoċjat fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta, koordinatur tal-Programm tal-Arti fid-Dipartiment ta’ l-Arti u l-Istorja ta’ l-Arti, Direttur Artistiku tal-Biennale tal-Arti Kontemporanja APS fil-Katidral tal-Mdina, u Direttur Artistiku ta’ Strada Stretta Concept. Bħalissa qed jaħdem fuq serje ta’ pubblikazzjonijiet tematiċi dwar it-teorija u l-istorja tal-arti Maltija tas-seklu għoxrin, fosthom il-kotba finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – The Unreality of Realism: An insular perspective on the development of modern art (Horizons, 2019), u Metal and Silence: The quest for authenticity in the arts (Horizons, 2019). Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles National Book Prize 2026 – Applications Are Open News 3rd February, 2026 Read More How To Connect With Small Presses: Free Zoom Session for Maltese Authors and Publishers from UK Literary Agent News 27th January, 2026 Read More Festival, Funds and Strategic Developments in 2026: Key Dates News 26th January, 2026 Read More Shining an international spotlight on the Maltese book sector at London Book Fair 2026 News 22nd January, 2026 Read More A book donation by the National Book Council to Malta Libraries Initiatives 16th January, 2026 Read More JOIN THE NBC AT THE LONDON BOOK FAIR 2026: GUEST PASSES FOR NBC STAKEHOLDERS FROM MALTA News 12th January, 2026 Read More The 44 PLR Payment Is Out Public Lending Rights 9th January, 2026 Read More The National Book Council pays tribute to the memory of Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Call for Reviewers for the Paġna Letterarja in 2026 Initiatives 19th December, 2025 Read More CALL FOR TRANSLATORS – Submit your details to the NBC Translators Database News 3rd December, 2025 Read More view all similar news
How To Connect With Small Presses: Free Zoom Session for Maltese Authors and Publishers from UK Literary Agent News 27th January, 2026 Read More
Shining an international spotlight on the Maltese book sector at London Book Fair 2026 News 22nd January, 2026 Read More
A book donation by the National Book Council to Malta Libraries Initiatives 16th January, 2026 Read More
JOIN THE NBC AT THE LONDON BOOK FAIR 2026: GUEST PASSES FOR NBC STAKEHOLDERS FROM MALTA News 12th January, 2026 Read More
The National Book Council pays tribute to the memory of Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
CALL FOR TRANSLATORS – Submit your details to the NBC Translators Database News 3rd December, 2025 Read More