Home / News / Taħt il-Qoxra: Giuseppe Schembri Bonaci Back to News Taħt il-Qoxra: Giuseppe Schembri Bonaci Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 20th September, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Giuseppe Schembri Bonaci. Mal-mistieden tkellimna dwar iż-żewġ kotba tiegħu The Unreality of Realism: An Insular Perspective on the Development of Modern Art’ u Metal and Silence: The Quest for Daringness and Authenticity in the Arts li huma finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020. Staqsejnieh dwar l-iskopijiet ta’ dis-sensiela ppubblikata minn Horizons, il-periferalità fl-arti Maltija, l-arti u l-poter u l-ideoloġija f’Malta, u l-insularità u l-kożmopolitaniżmu tal-artisti Maltin Josef Kalleya, Toni Pace, u Vincent Apap. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Giuseppe Schembri Bonaci studja l-Filosofija, il-Liġi u l-Arti fl-Università ta’ Malta, l-universitajiet ta’ l-Istat ta’ Kiev u ta’ Moska, u wettaq studji ta’ riċerka fl-Università ta’ ta’ Milan. Huwa l-awtur ta’ ‘Shostakovich, Britten, Stravinsky and Painters in Between: 1936’, analiżi tar-relazzjoni bejn il-moderniżmu u l-poter. Kiteb bosta kotba dwar l-Arti Moderna u Kontemporanja, il-Filosofija tal-Arti, u l-arti Maltija tas-seklu għoxrin. Huwa Professur Assoċjat fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta, koordinatur tal-Programm tal-Arti fid-Dipartiment ta’ l-Arti u l-Istorja ta’ l-Arti, Direttur Artistiku tal-Biennale tal-Arti Kontemporanja APS fil-Katidral tal-Mdina, u Direttur Artistiku ta’ Strada Stretta Concept. Bħalissa qed jaħdem fuq serje ta’ pubblikazzjonijiet tematiċi dwar it-teorija u l-istorja tal-arti Maltija tas-seklu għoxrin, fosthom il-kotba finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – The Unreality of Realism: An insular perspective on the development of modern art (Horizons, 2019), u Metal and Silence: The quest for authenticity in the arts (Horizons, 2019). Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles NBC salutes the memory of prolific author, cartoonist and former chairman Ġorġ Mallia News 19th August, 2026 Read More NBC and Wikimedia Malta renew collaboration on National Book Prize News 4th August, 2026 Read More The Results Of The Malta Book Fund 2026 Are Out News 17th July, 2026 Read More The 46th PLR Payment Is Out Public Lending Rights 10th July, 2026 Read More The NBC Salutes the Memory of UK Agent and Literary Ambassador to Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More World-Famous Scottish Crime Writer Ian Rankin heads to Malta Book Festival ’26 News 23rd June, 2026 Read More Come and Uncover the Story – Launching the Malta Book Festival 2026 Poster! News 15th June, 2026 Read More The National Book Council Makes Sizeable Book Donation to Mount Carmel Hospital News 9th June, 2026 Read More Lock in Your Big Idea! Free Online Course on Novel Writing Now Open for Registration News 8th June, 2026 Read More Uncover the Story at the Malta Book Festival! News 18th May, 2026 Read More view all similar news
NBC salutes the memory of prolific author, cartoonist and former chairman Ġorġ Mallia News 19th August, 2026 Read More
The NBC Salutes the Memory of UK Agent and Literary Ambassador to Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More
World-Famous Scottish Crime Writer Ian Rankin heads to Malta Book Festival ’26 News 23rd June, 2026 Read More
Come and Uncover the Story – Launching the Malta Book Festival 2026 Poster! News 15th June, 2026 Read More
The National Book Council Makes Sizeable Book Donation to Mount Carmel Hospital News 9th June, 2026 Read More
Lock in Your Big Idea! Free Online Course on Novel Writing Now Open for Registration News 8th June, 2026 Read More